BUŻU PREMIER EPISODE 31
Dettalji tal-Episodju
Fl-Episodju 31 ta’ Bużu Premier, inkomplu nħarsu lejn il-futbol Malti b’għajnejn analitiċi — bejn il-ġurnalisti u l-esperjenza teknika mill-bankina. Magħna għandna żewġ mistednin li jġibu magħhom għarfien, opinjoni u esperjenza diretta tal-logħba: Antvin Monsinguer ġurnalist tal-futbol lokali li jsegwi mill-qrib l-iżviluppi, l-istejjer u r-realtajiet tal-logħba f’Malta u Pierre Brincat eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, b’esperjenza fil-livell internazzjonali u għarfien profond tal-iżvilupp tal-futbol. F’dan l-episodju se nidħlu wkoll fid-diskussjoni dwar: ▪️ Id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fuq livell nazzjonali ▪️ Il-prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali Malti ▪️ U l-opinjonijiet diretti dwar fejn qegħdin u fejn irridu naslu Diskussjoni diretta. Perspettivi attwali. U ħarsa lejn it-triq ’il quddiem għall-futbol Malti. Dan huwa Bużu Premier. Episodju 31. ⚽