Buzu Premier 13 Mar 2026

Bużu Premier Episode 28

Dettalji tal-Episodju

Fl-Episodju 28 ta’ Bużu Premier, id-diskussjoni tkompli tħares lejn il-futbol Malti minn żewġ perspettivi differenti — l-esperjenza tal-plejer fuq il-pitch u d-deċiżjonijiet li jsawru l-kompetizzjoni fil-livell amministrattiv. Żewġ realtajiet li flimkien jagħtu stampa aktar ċara ta’ fejn jinsab il-logħba tagħna llum — u fejn tista’ tmur fil-futur. Magħna għal dan l-episodju għandna żewġ mistednin b’esperjenza u responsabilità diretta fil-futbol Malti: David Carabott l;eks internazzjonali Malti u wieħed mill-plejers li għal snin twal irrappreżenta lil Malta u lill-klabbs lokali bl-impenn u l-esperjenza ta’ plejer li għex il-logħba minn ġewwa. U Alan Abela il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Premier League, li se jingħaqad magħna fit-tieni parti tal-podcast biex jitkellem dwar il-pass li jmiss għall-kampjonat u l-istruttura kompetittiva tal-YoHealth Malta Premier. F’dan l-episodju se niddiskutu: - Il-futbol Malti mill-perspettiva ta’ eks internazzjonali Malti - Il-bidliet li għaddej minnhom il-kampjonat lokali - Il-permutazzjonijiet u l-possibbiltajiet li jistgħu jiddeċiedu l-andament tal-YoHealth Malta Premier - U x’hemm ippjanat għall-futur tal-kompetizzjoni Diskussjoni diretta u ħarsa lejn dak li ġej għall-futbol Malti. Dan huwa Bużu Premier fejn il-logħba tiġi diskussa minn kull angolu. Episodju 28.Ma’ David Carabott u Alan Abela.

Ara kollha →