BUŻU PREMIER - EPISODE SEVENTEEN
Dettalji tal-Episodju
Episodju 17 ta’ Bużu Premier, fejn il-futbol Malti l-aħbarijiet dwaru ma jieqfux Din il-ġimgħa, l-attenzjoni fuq Sliema Wanderers, mhux biss għal dak li ġara fuq il-ground, imma wkoll għal dak li ġara wara l-partita. Il-Ħadd li għadda fil-Finali tal-Jubilee Cup, il-Wanderers ġew megħluba minn Valletta, Riżultat li xxokkja l-kamp Slimiż u qanqal numru ta’ reazzjonijiet l-aktar minn dawk tal-Viċi President ta’ Sliema Wanderers, Walter Arciola, li b’post qawwija eżatt ma tmiem il-finali fuq il-midja soċjali ġibed l-attenzjoni matul din il-ġimgħa. Illejla, Walter jingħaqad magħna fl-istudjo, bħas-soltu mingħajr filter, se jaqsam il-ħsibijiet tiegħu, X’qanqal ir-reazzjoni tiegħu? X’inhu jiġri wara l-kwinti fit-team ta’Sliema? U issa li l-Malta Premier - Matchday 13 se iġib magħha re-match mistenni kontra Valletta nhar il-Ħadd li ġej... kif qed jippreparaw il-Wanderers sabiex jirrispondu fuq il-pitch? Dan kollu u aktar, hawn fuq Bużu Premier.