Buzu Premier 15 May 2026

BUŻU PREMIER EP34

Dettalji tal-Episodju

BUŻU PREMIER - EPISODJU 34 Illum John “il-Bużu” Busuttil jitkellem ma żewġ mistiedna ewlenin fid-dinja tal-futbol Malti: l-eks plejer Mark Marlow li lagħab ma’ Floriana FC u Marsaxlokk FC finalisti tal-Finalt ta' għada u bosta clubs oħrajn, u l-kowċ magħruf Winston Muscat. Fil-programm nitkellmu dwar il-karrieri tagħhom, l-esperjenzi fil-klabbs rispettivi, u l-isfidi li jiffaċċja l-futbol Malti llum. Winston jitkellem ukoll dwar il-kapitlu riċenti tiegħu bħala kowċ tan-Naxxar Lions FC, li ġab fi tmiemu aktar kmieni din il-ġimgħa wara r-relegazzjoni drammatika fil-play-out kontra Mosta FC. - Diskussjoni miftuħa.. - Analiżi reali tal-logħba lokali.. - Opinjonijiet diretti u mingħajr filters... Segwu, ħallu kumment f'dan l-episodju ta’ Bużu Premier

Ara kollha →