By The Way (BTW) 04 Jul 2023

BTW jiddiskuti: Il-festi saru street party?

Dettalji tal-Episodju

L-armar, il-baned, in-nar, il-liturġija, il-festa interna u dik esterna, dak kollu li jżewwaq il-festa Maltija diskussi waqt BTW ta’ llum l-Erbgħa 24 ta’ Mejju fis-6pm fuq 103 Malta’s Heart. Il-volontarjat fost iż-żgħażagħ naqas jew żdied? X’inhuma l-akbar aspetti pożittivi marbutin mal-festa Maltija li hija parti mill-kultura tagħna. Ikollu raġun min jgħid li l-festa saret street party? Jiddiskutu dan u aktar flimkien miegħi, id-dilettant tal-festi li għandu kollezzjoni kbira ta’ statwi Raoul Briffa, Martina Tabone bandista li għamlet wieħed mit-teżijiet tagħha fuq it-taqbil fil-marċi brijjużi kif ukoll Fr Brendan Gatt li se jispjega aktar dwar il-ħtieġa tal-festi mill-att spiritwali. Tipparteċipa wkoll il-ħaddiema taż-żgħażagħ Maria C Borg f’isem l-Aġenzija Żgħażagħ li se titkellem dwar l-inizjattivi li huma għandhom flimkien mal-għaqdiet mużikali.

Ara kollha →