BTW | Ambjent
Dettalji tal-Episodju
23 ta' April 2025 Dritt għar-risposta minn Hili Ventures b'rabta mal-proġett ta' Kemmuna Moviment Graffitti għamlu diversi stqarrijiet foloz biex jiġġustifikaw l-oġġezzjonijiet bla bażi tagħhom għar-riżvilupp tal-lukanda u l-bungalows. Fost oħrajn, sostnew li l-proġett se jwassal għal żieda fil-footprint mibni u li l-bungalows se jinkrew għal long lets. Dan mhux minnu. Il-footprint mibni se jitnaqqas bl-ekwivalenti ta’ 32 court tat-tennis, filwaqt li l-bungalows se jkunu integrati fil-prodott ta’ Six Senses Comino u se jiġu bbukkjati bħala suites. Il-proġett, li ġie approvat mill-Awtorita tal-Ippjanar fl-24 ta April wara proċess twil ta evalwazzjoni u konsultazzjoni, jirrefletti l-viżjoni fit-tul tal-pajjiż għal turiżmu aktar bilanċjat u responsabbli.